Secretariat for Clergy
Is-Segretarjat għall-Kleru kien wieħed mis-Segretarjati li twaqqfu fl-1977. Matul iż-żmien ġie mġedded biex jindirizza l-bżonnijiet varji li jiżviluppaw minn żmien għall-ieħor. Is-Segretarjat jieħu ħsieb l-aspetti relatati mal-kleru b’mod speċjali l-wellbeing. Dan jagħmlu permezz ta’ esperjenzi spiritwali bħal irtiri u inizjattivi spirtwali oħra, b’attivitajiet soċjali u b’għajnuniet ta’ mentors. Min-naħa tiegħu, il-Vigarju Episkopali għall-Kleru jagħti importanza lill-kuntatt personali mal-membri kollha tal-kleru. Biex jassistuh f’din il-ħidma għandu numru ta’ kummissjonijiet u gruppi.
L-Istruttura tas-Segretarjat
Il-ħidma tas-Segretarjat għandha żewġ taqsimiet prinċipali.
Taqsima minnhom tiffoka fuq il-wellbeing tal-kleru. Din it-taqsima hi kkordinata direttament mill-Vigarju Episkopali Dun Noel Vassallo. Fiha tinkludi l-Kummissjoni Aġġornament tal-Kleru, il-Kummissjoni Animazzjoni Spiritwali, il-Kummissjoni Wellbeing u l-Welfare Fund.
Membri:
- Rev. Dr Jimmy Bonnici (Kordinatur)
- Rev. Noel Vassallo
- Rev. Dr Paul Sciberras
- Rev. Dr Carl-Mario Sultana
- Rev. Luke Cutajar
- Rev. Albert Buhagiar
- Dr Marlene Cauchi
Membri:
- Rev. Dr Kevin Schembri (Kordinatur)
- Rev. Noel Vassallo
- Rev. Dr Jimmy Bonnici
- Rev. Josef Mifsud
- Mons. Dione Cutajar
- Nikol Baldacchino
Membri:
- Rev. Dr Jimmy Bonnici (Kordinatur)
- Rev. Noel Vassallo
- Rev. Dr Andrè Zaffarese
- Rev. Josef Mifsud
- Dr Nicholas Briffa
- Dr Marlene Cauchi
Żur il-paġna tal-Welfare Fund.
It-taqsima l-oħra tieħu ħsieb l-aspett tal-amministrazzjoni u loġistika. Din it-taqsima hi kkordinata minn Dun André Zaffarese.
Fi ħdan is-Segretarjat tal-Kleru hemm ukoll il-Kulleġġ Saċerdotali San Ġorġ Preca kkordinat minn Mons. Frans Abdilla u ċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet ikkordinat minn Dun James Saydon.